Żarbun Imsaħħar

David kellu problema - David kellu ħafna problemi! Ried jilgħab fit-tim tal-iskola, imma kien imferfex wisq u ma kienx jilgħab tajjeb. Barra minn hekk, kien hemm Robert u Gordon li qabdu miegħu bl-ikrah! Kif seta’ jikkonvinċi lis-Sur Mangion iħallih jilgħab fit-tim tal-iskola? U kif seta’ naqra ta’ skarpan xwejjaħ jgħinu jilgħab tajjeb daqs champion? More

Available ebook formats: epub mobi rtf lrf pdb txt html

First 20% Sample: epub mobi (Kindle) lrf more Online Reader
Words: 11,140
Language: Maltese
ISBN: 9781465996442
About Norman C. Borg

Norman C. Borg għamel erbatax-il sena jgħallem fi skola primarja tal-gvern, sitt snin assistent kap ta’ skola u aktar tard sitt snin bħala uffiċjal edukattiv mad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni, fejn għen lill-għalliema tal-iskejjel primarji jintegraw l-użu tal-kompjuter u tal-Internet fit-tagħlim tagħhom. Bħalissa jaħdem bħala għalliem tal-Ingliż fi skola tal-lingwi lokali kif ukoll bħala lettur mistieden tad-Dipartiment tal-Malti, l-Università ta’ Malta, fejn jagħti lezzjonijiet dwar l-użu ta’ għodod elettroniċi għal riċerka u qari tal-provi tal-Malti. Huwa wkoll membru tal-Kumitat Tekniku għall-Iżvilupp tal-Malti fl-Informatika. Matul it-tmeninijiet u d-disgħinijiet kiteb bosta stejjer għat-tfal, ħafna minnhom ippubblikati fir-rivista Sagħtar maħruġa mill-Malta Union of Teachers. Barra minn stejjer oriġinali ħareġ ukoll adattamenti ta’ stejjer klassiċi bħal Is-Saħħar ta’ Oż. Huwa koawtur ukoll tal-ktieb Tużżana (Merlin Publishers, 1998). Ma’ awturi u illustraturi oħra kkollabora wkoll fil-produzzjoni ta’ comics bħal Avventura (1981) u Il-Komik (1983-1984). Bħalissa l-proġett ewlieni tiegħu hu li, barra milli joħroġ materjal ġdid, jirrevedi bosta mill-proġetti l-antiki billi jaġġornahom u jimmodernizzahom għat-tfal ta’ llum, u jippubblikahom mill-ġdid f’format elettroniku. Aktar tagħrif dwar dan il-proġett jinsab fuq www.normancborg.net/kotbafilbut/.

Report this book